Din il-Paġna tista’ ssibha wkoll bil-lingwi li ġejjin: English, Deutsch, Español, Français, Italiano & Malti.
Info lill-Viżitatur
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 9.30 a.m. sa 4.30 p.m.
(l-aħħar dħul fl-4.00 p.m.)
Is-Sibt: 9.30 a.m. sa 12.30 p.m.
(l-aħħar dħul fl-12.00 p.m.)
Magħluq fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi
Ħlasijiet tad-Dħul
Kbar
Lm2.50 / €5.82
Tfal taħt it-12
B’xejn meta jkunu ma’ xi ħadd kbir
Min għandu karta ISIC / pensjonanti
Lm2.00 / €4.66
Il-ħlas tad-dħul jinkludi l-provvista ta’ gwida awdjo li tinżamm fl-idejn u li għandha 24 waqfa. Dawn il-gwidi huma aċċessibbli f’sitt lingwi (Malti, Ingliż, Taljan, Franċiż, Ġermaniż u Spanjol).
Aċċess għal Persuni b’Diżabilità
Hemm aċċess għal San Ġwann għal persuni f’siġġu bir-roti u viżitaturi bi problemi ta’ mobilità, għalkemm aċċess għal xi żoni hu ristrett. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana.
Ħanut tal-Kotba
Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħanut tal-kotba mgħammar tajjeb huma l-istess bħal dawk għall-viżitaturi tal-Kon-Katidral imsemmija hawn fuq. Il-ħanut fih varjetà wiesgħa ta’ kotba relatati mal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, l-istorja ta’ Malta, il-Kavallieri ta’ Malta u arti, u wkoll kotba gwida għat-turisti fuq San Ġwann u l-gżejjer Maltin b’mod ġenerali.
Il-ħanut ibigħ ukoll DVDs, kartolini, tifkiriet, u kartelluni relalati, CDs ta’ mużika sagra u mapep.
Il-kards ta’ kreditu ewlenin huma aċċettati kollha.
Il-ħanut tal-kotba tista’ tikkuntattjah direttament bit-telefon fuq in-numru li ġej: +356 21 239 628
Jekk jogħġbok innota
- San Ġwann hu post ta’ qima. Jekk jogħġbok idħol liebes sewwa.
- Xalel / imkatar għad-dirgħajn tista’ teħodhom fid-dħul
- Ma tistax timxi bi tkaken bil-ponta u żraben bi tkaken dojoq fuq il-paviment interzjat bl-irħam. Tista’ tixtri krakar: Lm0.42 / €1.00 kull par
- Boroż li jinġarru fuq id-dahar għandhom jiddendlu fuq quddiem
- Tista’ tieħu ritratti iżda ma tistax tuża l-flaxx
Għaliex trid tħallas biex iżżur il-knisja
L-interess fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann iwassal għal numru kbir ta’ viżitaturi, iżda t-tessut delikat tal-knisja ma kienx maħsub għal daqstant viżitaturi. L-ispejjeż ġenerali u tal-manutenzjoni huma għaljin ħafna.
Biex tgħinuna nsostnu l-bini u nikkonservawh bix-xogħlijiet ta’ l-arti kollha li fih, nitolbu ħlas tad-dħul
Programmi ta’ konservazzjoni ta’ l-ogħla speċifikazzjonijiet huma għaddejjin il-ħin kollu biex il-Knisja titħalla fl-isplendur kollu tagħha
Il-premju tagħna hu ż-żjara u l-apprezzament tiegħek
Aħna ma nitolbu ebda ħlas għat-talb
Jekk jogħġbok informa lin-nies li jkunu fid-daħla ewlenija bl-intenzjoni tiegħek u jiggwidawk lejn il-kappella maħsuba għalhekk
Għaliex inqassmu fi gruppi jew nillimitaw l-għadd tal-viżitaturi
Il-konġestjoni jew affollament jistgħu jagħmlu ħafna ħsara lill-bini u lill-artefatti li m’hemmx prezzhom. Il-ħsara tiġi minn temperaturi li jitilgħu malajr u minn livelli għolja ta’ umdità relattiva li jiġu min-nifsijiet u mis-sħana tal-ġisem meta jkun hemm laqgħat kbar. Folol kbar li jidħlu fil-Kon-Katidral fl-istess ħin jistgħu wkoll jikkaġunaw brix lill-oqbra u lit-tnaqqix delikat tal-ħitan. Il-passaġġi dojoq bejn il-kappelel tfasslu biex tgħaddi minnhom persuna waħda, u t-turisti spiss ikunu fi gruppi kbar, ħaġa li tkabbar f’daqqa l-konġestjoni fil-knisja li ma tfasslitx biex takkomoda numru daqstant kbar ta’ viżitaturi jiġru ‘l hemm u ‘l hawn.
Għal dawn ir-raġunijiet il-Fondazzjoni jew tqassam fi gruppi jew tillimita l-għadd ta’ viżitaturi li jkunu fil-kon-katidral fl-istess ħin. Fil-korsija dan hu determinat mid-daqs tal-gruppi, flimkien ma’ l-ammont ta’ individwi jew viżitaturi indipendenti, aktar milli minn xi numru deċiż minn qabel. Mhux aktar minn 52 persuna jitħallew fl-Oratorju f’ħin wieħed.
Dawn il-miżuri japplikaw l-aktar fix-xhur tas-sena meta jaqgħu n-nies. Il-Fondazzjoni tittama li int tapprezza r-raġunijiet għal din il-politka u tirringrazzjak bil-quddiem li int tifhimhom.


