Din il-Paġna tista’ ssibha wkoll bil-lingwi li ġejjin: English, Deutsch, Español, Français, Italiano & Malti.
Id-Dar Sagra tal-Granmastri
Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann hu ġawhra ta’ arti u arkitettura Barokka. Inbena bħala t-tempju tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-Granmastri u ħafna kavallieri taw rigali ta’ siwi artistiku kbir u taw kontribuzzjonijiet enormi biex jagħnuh biss b’xogħlijiet ta’ l-arti li kienu ta’ l-ogħla livell. Sa llum din il-knisja għadha post qaddis importanti u lok sagru ta’ qima. Hi wkoll post fejn isiru attivitajiet kulturali.
Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ikkummissjonat fl-1572 mill-Granmastru Jean de la Cassière bħala l-knisja konventwali ta’ l-Ordni tal-Kavallieri Ospidalieri ta’ San Ġwann, u ddisinjat mill-magħruf arkitett militari Malti Ġilormu Cassar, jispikka bħala monument uniku ta’ importanza internazzjonali. Aqra aktar fuq l-istorja ta’ San Ġwann.
Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann jospita kollezzjoni impressjonanti ta’ arti u artefatti, fosthom il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista tal-Caravaggio, wieħed mill-aqwa xogħlijiet tal-pittura fid-dinja.
Il-Knisja u l-Mużew huma t-tnejn amministrati mill-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann biex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-immaniġġjar tiegħu. Aqra aktar fuq Il-Fondazzjoni u l-proġetti ta’ restawr tagħha.

