Please upgrade your Flash Player Or Install the Adobe Flash plugin or turn on Javascript.

Merħba għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann hu monument uniku ta’ importanza internazzjonali. L-istorja għanja u l-wirt artistiku tiegħu jafhom lill-fatt li għal aktar minn 200 sena kien il-knisja konventwali ta’ l-Ordni tal-Kavalieri ta’ San Ġwann.


Din il-Paġna tista’ ssibha wkoll bil-lingwi li ġejjin: English, Deutsch, Español, Français, Italiano & Malti.

Ikklikkja hawn għal stampa akbar tal-faċċata ta’ San Ġwann impittra minn Mattia Preti c. 1657

Wirt tal-Kavallieri ta’ Malta

Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ikkummissjonat fl-1572 mill-Granmastru Jean de la Cassière bħala l-knisja konventwali ta’ l-Ordni tal-Kavallieri Ospidalieri ta’ San Ġwann, u ddisinjat mill-magħruf arkitett militari Malti Ġilormu Cassar, jispikka bħala monument uniku ta’ importanza internazzjonali. Il-knisja hija ddedikata lil San Ġwann Battista, il-qaddis patrun ta’ l-Ordni

Il-Kavallieri kienu nies nobbli mill-aktar familji importanti ta’ l-Ewropa, u kellhom il-missjoni li jħarsu l-fidi Kattolika mill-attakki tat-Torok Ottomani. Wara li ddefendew il-ġżira żgħira ta’ Malta kontra l-Ottomani fl-Assedju l-Kbir ta’ l-1565, huma għamlu minn Malta fortizza li kienet tixraq lil Ordni militari u bnew belt kapitali ġdida denja ta’ nies nobbli. Il-Knisja tagħhom fiċ-ċentru tal-belt il-ġdida ‘Valletta’ kienet għalihom l-aktar binja importanti

Il-bini tlesta nhar San Ġwann fl-1577. Granmastri u Kavalieri ta’ l-Ordni taw rigali ta’ siwi artistiku kbir u taw kontribuzzjonijiet enormi biex biss b’xogħlijiet ta’ l-arti li kienu ta’ l-ogħla livell mill-aqwa artisti li setgħu sabu dak iż-żmien. Il-faċċata sempliċi, li għandha kampnar kbir fuq kull naħa, hija awstera u għandha l-karattru ta’ fortizza li jirrifletti l-istat sobriju ta’ l-Ordni wara l-Assedju l-Kbir. In-navata hija twila 53 metru u wiesgħa 15-il metru u għandha kappelel tal-ġenb fuq kull naħa. Dawn il-kappellel kienu assenjati lid-diversi lingwi skond l-anzjanità. Il-lingwi ta’ Franza, l-Italja u Aragona, li kienu predominanti, tqiegħdu l-aktar qrib l-altar.

Ikklikkja hawn għal stampa akbar ta’ San Ġwann minn ġewwa fi żmien il-Kavalieri, qabel iċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa

Kif it-tbexbix tas-seklu 17 daħħal l-istil Barokk ġdid, il-Granmastru Cotoner ordna d-dekorazzjoni tal-knisja minn ġewwa. Il-Kavallieri kienu ħerqana li jħabbtuha mal-knejjes kbar ta’ Ruma u l-karattru pompuż u dimostrattiv ta’ l-era tahom materjal kemm riedu biex jagħmlu dan. L-artist Kalabriż Mattia Preti, li kien ikkummissjonat b’dan ix-xogħol, bidel ġewwa f’ċelebrazzjoni ta’ arti Barokka. Huwa l-kuntrast bejn il-faċċata sempliċi u sobrija tal-binja mal-karattru festiv ta’ ġewwa li jagħmel lil San Ġwann monument daqstant uniku.

Fit-12 ta’ Lulju 1798 il-Kavalieri, fuq qalbhom, ċedew il-Gżejjer lill-Ġeneral Napuljun Bonaparte u hekk ħallew il-knisja konventwali tagħhom. Kien f’dan iż-żmien li l-knisja saret Kon-Katidral. Il-Franċiżi ċedew fl-1800 u l-Gvernatur Ingliż ma damx ma ħa l-gżira f’idejh. L-istess privileġġi li kienu jgawdu l-Kavallieri ħakkiema issa għaddew għand il-Gvernatur Ingliż, u ma’ dawn il-privileġġi għaddiet ukoll il-knisja ta’ San Ġwann.

Fis-seklu 19 il-kappella tal-Lingwa Franċiża kienet il-vittma ewlenija tal-fanatiċiżmu tal-grupp artistiku li kien iġib l-isem Nazarene, li kien jaspira biex jirriforma l-arti Kristjana u jħassar għalkollox il-memorja tal-fjoritura Barokka ta’ qablu. San Ġwann tħalla f’idejn Giuseppe Hyzler (1787-1858), il-mexxej ewlieni lokali tal-moviment. B’zelu riformista kbir, beda biex neħħa mill-Kappella Franċiża dak li forsi kien l-aktar altar artistikament interessanti f’San Ġwann. Taħt id-direzzjoni tiegħu saħansitra l-monumenti sepulkrali fil-kappella kellhom jgħaddu minn tibdil u diġà kienet saret xi ħsara lill-monument tal-Granmastru de Rohan meta protesta qawwija fis-sajf ta’ l-1840 wasslet biex l-awtoritajiet waqqfu dan l-attakk.

Ikklikkja hawn għal stampa akbar ta’ San Ġwann jeħlisha għal ftit minn ħsara serja mill-bombi tul it-Tieni Gwerra Dinjija

Fl-l941, tul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ġarrab ħsarat kbar waqt attakk bil-bombi mill-ajru fuq il-Belt Valletta. Parti mill-Anness sofriet l-aktar u l-knisja nnifisha ħelset qerda totali għal ftit. Il-kampnari u l-Sagristija wkoll saritilhom ħsara kbira u l-bieb prinċipali nfaqa’ ‘l ġewwa. Fortunatament, dak li kien hemm fil-knisja kien diġà ġie trasferit f’post ieħor fil-ħin.

Ikklikkja hawn għal stampa akbar tal-ħsara lill-Oratorju minn blast ta’ bomba

Sa mill-1974 it-tron ta’ l-Isqof ħa post dak li qabel kien maħsub għall-Granmastri u s-suċċessuri tagħhom – il-Gvernaturi Ingliżi – li sa dak iż-żmien kienu telqu minn Malta wkoll.

Illum San Ġwann hu wkoll post fejn isiru avvenimenti kulturali u hu wieħed mill-attrazzjonijiet kulturali l-aktar popolari mat-turisti f’Malta. Hu amministrat mill-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann li twaqqfet fl-2001 biex tiżgura l-konservazzjoni tal-knisja u tal-mużew.

Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni fuq il-Fondazzjoni u xi wħud mill-proġetti ta’ restawr tagħha.

Lura fuq nett

Ecclesiastical Services

Sundays and Feast Days:
0715hrs / 0800hrs / 0915hrs / 1100hrs / 1200hrs
1730hrs (winter) 1800hrs (summer)

Weekdays:
0730hrs / 0830hrs

For more information regarding special upcoming services please click here


Click here for a map of the city of Valletta and how to find us.

How to Find Us

St John’s is situated in Malta’s capital city, Valletta and easy to locate.

Click here for a map of the city of Valletta and how to find us.


Click here for more info about works of art at St John’s.

Works of Art

St John’s is home to priceless works of art created by some of the greatest artists and sculptors in history, including masterpieces by one of the most famous artists of the Baroque period, Michelangelo Merisi Caravaggio.

Click here for more info about works of art at St John’s.


Click here for an interactive floor plan to help you appreciate this treasure trove of a building.

Interactive Floor Plan

St John’s Co-Cathedral and museum is a national monument with many chapels and halls housing priceless artefacts.

Click here for an interactive floor plan to help you appreciate this treasure trove of a building.


Click here for more info about restoration work at St John’s.

Restoration

It is vital that great works of art of international importance are preserved for future generations to appreciate.

Click here for more info about restoration work at St John’s.


Click here for details about visiting St John’s

Visitor Info

This section includes information about opening times, entrance fees, our multilingual audio guides and more.

Click here for details about visiting St John’s


News and Events
15th June 2007 - Silent Gliss Installed at St John’s Co-Cathedral

Famous museums worldwide, as well as art galleries and residences of avid art collectors have encountered the major problem of damage to their valuable works of art through exposure to sunlight and ultra-violet rays.


15th June 2007 - Important Notice

Please note that the St John's Co-Cathedral, Oratory and Museum will be closed for visitors until 11:45 hrs on Friday 15th June 2007 due to a state visit however, the building is open to visitors until 18.30 hrs (last entry at 18:00 hrs) for this day

The St John's Co-Cathedral Foundation regrets any inconvenience caused.


view this page >