Notte Bianca 2022: Żjarat gwidati ta’ 30 minuta fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
Fl-1 t’Ottubru, esplora l-pittura ta’ Caravaggio tal-Qtugħ tar-Ras ta’ San Ġwann, in-Nava Ċentrali miżbugħa minn Mattia Preti, u l-kappelli fil-ġnub waqt mawra gwidata fejn tiskopri l-affarijiet ewlenin dwar il-Konkatidral waqt l-avveniment tan-Notte Bianca ta’ din is-sena fil-Belt Valletta.
Żjarat gwidati bil-Malti u l-Ingliż se jkunu offruti bejn is-19:00 hrs sal-23:30 hrs. Dħul mill-bieb prinċipali tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Nixtiequ ninfurmawkom li dawn iż- żjarat huma fuq bażi ta’ first-come first-served. Dawn iż-żjarat huma rakkomandati għall-adulti għalkemm it-tfal huma milqugħa. Il-viżitaturi mhumiex permessi jduru mingħajr superviżjoni.
Jekk jogħġobkom żommu f’moħħok li:
• Dan huwa post ta’ qima. Jekk jogħġobkom idħlu libsin deċenti.
• Xalel huma pprovduti fl-intrata.
• Fotografija bil-flash hija pprojbita.
• Stiletto u tkaken dojoq mhumiex permessi. Papoċċi jistgħu jinxtraw fl-intrata.
• Il-backpacks iridu jinġarru fuq quddiem jew fl-idejn.
Dan l-avveniment qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Festivals Malta.