St John's Co-Cathedral

L-aħħar żewġ Arazzi jirritornaw Malta wara r-restawr

Nhar it-Tnejn 14 ta’ Novembru 2022, żewġ arazzi uniċi minsuġa fuq id-disinn tal-artist ta’ fama mondjali Peter Paul Rubens irritornaw Malta wara restawr li sarilhom fil-Belġju. Iż-żewġ arazzi li jiffurmaw minn sett ta’ disa’ u għoxrin, kienu l-aħħar żewġ arazzi li ntbgaħtu għar-restawr fl-2017. Huma juru xena tal-Annunzazzjoni ta’ Marija, u l-Erba’ Evanġelisti. Dan is-sett ġie trasportat lejn Malta grazzi għal Challenge Group, konglomerazzjoni internazzjonali tal-merkanzija bl-ajru li qed jopera għall-ewwel darba f’Malta.

Dan il-proġett li issa ġie ffinalizzat, beda fl-2006 meta l-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann bagħtet l-ewwel sett ta’ arazzi għand il-manifatturi Rjali, id-De Wit Laboratories fil-Belġju għar-restawr.

Dan is-sett kien ikkummisjonat mill-Gran Mastru Ramon Perellos y Roccaful, u meta laħaq Gran Mastru xtaq li jsebbaħ il-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann il-Belt Valletta b’serje ta’ arazzi, li kienu jiddendlu f’diversi festi. Is-sett wasal fil-knisja ta’ San Ġwann fl-1702. Huwa wieħed mill-ikbar settijiet ta’ arazzi minsuġa fi Żmien il-Barokk.

L-estenzjoni tal-mużew il-ġdid li għaddej ix-xogħol fuqu se tinkludi fiha din il-kollezzjoni fis-Sala tal-Arazzi – b’ambjent ideali, b’użu adekwat ta’ dawl, kontroll tal-klima u mezzi didattiċi.

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann tixtieq tirringrazzja lill-Ambaxxatur Malti għall-Belġju l-E.T. is-Sur Clint Tanti, lis-Sur Edward Micallef, general manager ta’ Challenge Group, u lill-Kaptan Christopher Pace li organizza r-ritorn tal-Arazzi. Il-Fondazzjoni tirringrazzja wkoll lil De Wit Laboratories fil-Belġju, Transpak Malta, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

L-arazzi kienu oriġinarjament minsuġa fi Brussell minn negozjant tal-arazzi u nissieġ Judocus de Vos lejn l-aħħar tas-seklu sbatax. Erbatax-il arazz kbir, kull wieħed għandu qies ta’ kważi seba’ metri wisa’, juru xeni mill-ħajja ta’ Kristu u allegoriji tat-Trijonf tal-Ewkaristija. L-erbatax l-arazz l-ieħor ta’ qies iżgħar jirrapreżentaw lill-Verġni Marija, Kristu Salvatur u l-Appostli. Arazz minnhom juri lill-benefattur, il-Gran Mastru Perellos. L-Arazzi kienu minsuġa mill-ħarir pur u mis-suf u minħabba li t-tessuti maż-żmien kienu suxxettibli għad-deterjorazzjoni tal-ġarr u esposti għad-dawl UV, ir-restawr tagħhom kien neċessarju biex jibqgħu konservati.

Il-metodoloġija tal-proċess tar-restawr kien jikkonsisti fit-tneħħija tat-trab akkumulat mill-wiċċ, segwit minn applikazzjoni ta’ rxiex fin ta’ ilma u solventi sa ma n-nisġa tkun kompletament imnaddfa. L-Arazzi kienu jitnixxfu bi proċess speċjali u veloċi li jevita’ li d-drapp jiċkien. Interventi ta’ restawr li saru fi snin l-imgħoddija tneħħew, u partitjiet mħolllija u ħjut ġew ikkonsolidati, u ħjatat miftuħa issewwew. L-arazzi mbgħad kienu imsaħħa b’lining ġdid li saħħaħ it-tessut u b’hekk jipprevenu d-deterjorazzjoni tagħhom. Iż-żoni li fihom kienu qed jitpoġġew l-arazzi kienu mgħammra biex iħarsu l-preservazzjoni tagħhom.

ST JOHN’S CO-CATHEDRAL
VISITOR OPENING HOURS
Monday to Saturday:
09.00 hrs to 16.45 hrs
(last entry at 16.15 hrs)
Closed on Sundays and Public Holidays
ENTRANCE FEES
Adults €15
Seniors €12
Students €12
Children Free under 12 years of age (when accompanied by an adult)
ECCLESIASTICAL SERVICES
Monday to Friday:
08.30 hrs
Saturdays:
08.30 hrs / 17.45 hrs
Sundays and Feast Days:
7:45 hrs / 9:15 hrs / 11:30 hrs / 17:45 hrs