St John's Co-Cathedral

Relikwi Sagri tal-Papa Piju V fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Il-Vestwarji pontifiċji tal-Papa Piju V ġew miġjuba f’Malta biex ifakkru l-450 sena anniversarju minn mewtu. Dawn ir-relikwi prestiġjużi se jkunu għall-wiri u qima tal-pubbliku fil-Konkatidral ta’ San Ġwann sat-13 ta’ Novembru 2022.

Il-Papa Piju V kien patri Dumnikan li kien elett għall-papat fl-1566 sal-mewt tiegħu fl-1572. Huwa mfakkar bħala benefattur kbir tal-kapitali Maltija, il-Belt Valletta, u promotur kbir tad-devozzjoni lejn Sidtna Marija tar-Rużarju Mqaddes.

Il-venerazzjoni tal-pubbliku ta’ dawn ir-relikwi sagri se ssir kuljum, qabel u wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

Il-pontifikat kbir tiegħu se jkun iċċelebrat f’żewġ okkażjonijiet: f’avveniment kommemorattiv b’interludji mużikali u riflessjonijiet nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru fis-7.30 pm, u Quddiesa Pontifikali solenni ppreseduta mill-E.T. l- Arċisqof Mons. Charles Jude Scicluna nhar il-Ħadd 30 ta’ Ottubru fid-9.30 am fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar fuq TVM. Il-pubbliku huwa kordjalment mistieden għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann qed tikkordina l-miġja ta’ dawn ir-relikwi prestiġjużi bl-għajnuna tal-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa Suprem, il-Malta Tourism Authority, in-National Development and Social Fund, il-Malta Development Bank, Air Malta plc, Palazzo Ignazio, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

 

Agħfas hawn għall-programm tal-Lejla Komemorattiva.

ST JOHN’S CO-CATHEDRAL
VISITOR OPENING HOURS
Monday to Saturday:
09.00 hrs to 16.45 hrs
(last entry at 16.15 hrs)
Closed on Sundays and Public Holidays
ENTRANCE FEES
Adults €15
Seniors €12
Students €12
Children Free under 12 years of age (when accompanied by an adult)
ECCLESIASTICAL SERVICES
Monday to Friday:
08.30 hrs
Saturdays:
08.30 hrs / 17.45 hrs
Sundays and Feast Days:
7:45 hrs / 9:15 hrs / 11:30 hrs / 17:45 hrs